Lokali

Bi ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur fil-Mosta

It-Tnejn , għall-ħabta tas-17:45, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Valletta, il-Mosta.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel ta’ 46 sena minn Slovenja, għal xi raġuni, tilef il-kontroll tal-mutur Kymco Agility li kien qiegħed isuq bil-konsegwenza li nqaleb.

Ir-raġel sofra xi ġrieħi u għaldaqstant, issejħet ambulanza li ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kurameħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.