Ftit tal-ħin ilu, fil-Parlament Ewropew fi Brussell saret l-elezzjoni għall-President tal-Kummisjoni Ewropea.
Ursula Von der Leyen ġabet il-maġġoranza tal-voti u kisbet total ta’ 383 vot minn fost il-membri kollha ta’ dan il-Parlament – Minn total ta’ 733 vot, hi kellha bżonn aktar minn 374 biex takkwista maġġoranza – 327 ivvutaw kontra filwaqt li 22 astjenew… vot wieħed kien invalidu.
Il-Membri Parlamentari Ewropew bdew jivvutaw għall-ħabta tas-6:30PM… dan wara li ġew eletti tmien tellers biex jieħdu ħsieb il-kaxxi filwaqt li kulħadd jitfa l-vot tiegħu.
L-isem fuq il-vot kien wieħed, dak ta’ Von der Leyen u ftit tas-sekondi ilu kien konfermat ir-riżultat li din tal-aħħar se tkun qed tieħu din il-kariga fi ħdan il-Parlament Ewropew.
Uħud mill-impenni li tkellmet dwarhom Aktar nisa fl-oghla karigi tal-Unjoni Ewropea. Rispett akbar lejn is-saltna tad-dritt. L-ewwel liġi Ewropea dwar il-klima. Glieda bla precedent kontra l-kutrabandu. Possibilita’ ta’ estensjoni ghall-Brexit.
L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola u David Casa vvutaw favur in-nomina ta’ Von der Leyen.

