Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN qabel unanimament li l-Kunsill Ġenerali Straordinarju tal-PN jitlaqqa’ bid-domanda li ressaq il-Kap tal-PN Adrian Delia. Id-domanda kif maqbula se tkun: “Trid li jkun Adrian Delia li jibqa’ jmexxi l-PN sal-elezzjoni ġenerali li jmiss?”
F’diskussjoni miftuħa li matulha l-membri kellhom l-opportunita’ jwasslu b’mod liberu l-opinjoni tagħhom, kien hemm qbil sabiex joħroġ l-aqwa ġid minn dan il-Kunsill.
Fost l-oħrajn, kien hemm qbil sabiex ikun hemm domanda waħda.
L-Eżekuttiv irrikonoxxa l-validita’ taż-żewġ petizzjonijiet mressqa fil-jiem li għaddew, u qabel unanimament li għandu jkun hemm mistoqsija unika li tirrifletti s-sens taż-żewġ gruppi ta’ firmatarji.
Il-Kunsill Ġenerali Straordinarju se jsir is-Sibt 27 ta’ Lulju, iżda se tingħata ukoll ġurnata għall-Early Voting.
Waqt l-Eżekuttiv sar intervent ukoll minn Francis Zammit Dimech li hu ċ-chairperson tal-Kummissjoni li qed tmexxi l-proċess kollu marbut ma’ din il-votazzjoni.
//= $special ?>