Fil-Qorti, illum kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ tal-qtil ta’ Lassana Cisse li tiegħu qed jkunu akkużati Francesco Fenech ta’ 21 sena u Lorin Scicluna ta’ 22 sena.
Fenech u Scicluna, li it-tnejn huma suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta, qed jiġu akkużati wkoll bl-attentat ta’ qtil ta’ persuni oħra f’Ħal Far lura fi Frar u f’April f’każijiet separati.
Huwa maħsub li Fenech spara fuq il-vittma ta’ 42 sena waqt li Scicluna saq il-vettura.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispetturi Keith Arnaud u Trevor Micallef filwaqt li Arthur Azzopardi kien preżenti bħala parte ċivili għall-familja tal-vittma.
Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, Ibrahim Bah, assistit minn interpretu ta x-xhieda tiegħu u beda billi qal lill-Qorti li hu kien ġie f’Malta għax ħabib tiegħu qallu li f’Malta ma kien hemm l-ebda razziżmu.
Bah kompla, li fil-lejl tal-inċident, huwa telaq mid-dar biex jara logħba futbol f’ħanut tal-logħob tal-azzard f’Birżebbuġa fejn baqa’ sal-10:30PM. Minn hawn, Bah telaq ma sieħbu u bdew mixjin lura lejn id-dar… “smajna ħoss ta’ arma tan-nar. Ma ħsibnix li kienet arma għall-ewwel u waqafna”
Bah qal li komplew mixjin u ra karozza għaddejja lejn id-direzzjoni ta’ Ħal Far fejn kienu qed jgħixu.. “il-karozza waqfet, sparawli u komplew fi triqthom” kompla Bah.
Għalkemm ma setax jiftakar kemm il-tir sema’, hu qal li ħass xi ħaġa tolqtu, niżżel il-qalziet u ra ferita ta’ bulit, bulits li ġew min-naħa tax-xellug tiegħu – Bah kompla jgħid li ma kienx jaf jekk it-tiri ġewx mix-xufier jew mill-ġenb tal-passiġġier tal-karozza – “ħarist lejhom wara li sparawli” – kien hawnekk fejn ħareġ il-mobile u ċempel lil ħabib tiegħu biex jgħidlu jċempel lill-pulizija.
Lorin Scicluna qal lill-pulizija dwar l-arma u l-ammunizzjoni iżda għal darba darbtejn saħaq li ma sparax. Uffiċjal ieħor tas-CID, qal li Scicluna kompla jirrepeti li ma kienx hu, imma li kien Francesco Fenech, li spara l-isparaturi – L-uffiċjal qal li l-istorja ta’ Lorin Scicluna ma kinitx tagħmel sens.
Arnaud talab lill-qorti tordna t-teħid tal-vettura irreġistrata f’isem Fenech, kif filfatt għamlet, biex isiru t-testijiet kollha meħtieġa biex jiġi ddeterminat jekk il-karozza kinitx il-karozza li dehret fis-CCTV f’diversi postijiet.
Finalment, l-Avukat Arthur Azzopardi talab biex il-katavru tal-ġisem ta’ Lassana Cisse jinħeles għad-dfin u kien hawnekk fejn il-Qorti ddikjarat li l-korp m’għadux meħtieġ għall-investigazzjoni.
Fuq ordni tal-President ta’ Malta, George Vella, iż-żewġ suldati kienu ġew sospiżi mill-Forzi Armati filwaqt li għaddejja nkjesta interna.
Filwaqt li l-Avukati Giannella de Marco, Kris Busietta, Julian Farrugia u Franco Debono dehru għall-akkużati, huma qed ikomplu jikkontestaw l-akkużi ta’ dak li hu maħsub li huwa l-ewwel qtil f’Malta b’motivazzjoni razzjali.
Il-każ se jkompli fil-25 ta’ Lulju.
