F’reazzjoni għat-tnedija tar-regolamenti l-ġodda fir-rigward taż-żwiemel tal-karozzin, il-kuċċiera qed jinsistu li ser ikomplu jsemmgħu leħinhom.
Is-sidien taż-żwiemel sostnew ma’ Net News illi dan l-Avviż Legali ħareġ b’vendikazzjoni lejhom, lejn il-familji tagħhom u anke ż-żwiemel.
Huma saħqu magħna li ser ikunu qed jieħdu passi legali kontra l-Gvern.
Fil-fatt, ninsabu nfurmati li fis-sigħat li għaddew saret laqgħa bejn il-kuċċiera u l-avukati tagħhom …u fil-ħinijiet li ġejjin ser ikun deċiż tinfetaħx kawża l-Qorti jew protest ġudizzjarju kontra l-Gvern.
Il-kuċċiera qalulna li kienu lesti li jsibu kompromess iżda ġew injorati mill-Gvern, u issa jinsabu nkwetati fuq l-għajxien tal-familji tagħhom.
Dan l-Avviż jinkludi wkoll li żiemel ma jistax jintuża fi ġranet wara xulxin u jrid jiġi olternat filwaqt li ma jintużax aktar minn tliet darbiet f’ġimgħa.
Vjaġġ bil-karozzin ma jistax jieħu iktar minn 45 minuta filwaqt li ma jistax ikollu aktar minn erba’ passiġġiera.
//= $special ?>