Kull daqs ta’ partiċella tal-plastik hija problema kbira għall-ambjent marittimu – mill-boroż tal-plastik li jimlew l-istonku tal-baleni u l-fkieren, sal-biċċiet żgħar li jispiċċaw joqtlu t-tjur tal-baħar, mitmuwha mill-ġenituri ddisprati tagħhom stess; għall-mikroplastiċi li potenzjalment jispiċċaw fl-ikel tagħna ta’ kuljum. Ovjament, il-problemi mhumiex biss fuq il-baħar.
Kull sekonda kuljum, tagħbija ta’ trakkijiet mimlija plastik qed jiġu mormija f’pajjiż żviluppat.
Pajjiżna huwa mdawwar b’żoni kostali u jistgħu jsiru ħafna miżuri biex isir id-differenza kif nħarsu lejn l-iskart tagħna. Bħala kunsillier ġdid responsabbli għax-xtut fil-Mellieħa, Gabriel Micallef nieda inizjattiva biex ir-residenti Mellihin jagħmlu d-differenza fil-bajjiet u xtut tagħna.
“Il-ħidma ma’ ssirx biss fl-uffiċċini tal-Kunsill Lokali, iżda bl-eżempju u bl-inizjattivi. Għaldaqstant xammart il-kmiem biex nagħmel id-differenza fil-bajjiet tagħna, billi niġbor traċċi ta’ skart li jispiċċaw fl-ibħra tagħna.”
L-inizjattiva bdiet fil-Bajja tal-Imġiebaħ, fejn tinkoraġixxi lir-residenti li jiffrekwentaw l-Bajjiet jiġbru skart preżenti fil-bajjiet, imexxuh fuq il-midja soċjali bit-titlu ta’ ‘CleanMellieha’.
Aparti minn hekk huwa mod kif aktar nies jifhmu l-problema li qed tikber u jħeġġu lill-ħbieb u familjari tagħhom jagħmlu d-differenza.
//= $special ?>