Raġel akkużat li seraq żewġ muturi f’Birkirkara inżamm taħt arrest.
Wayne Falzon, ta’ 33 sena kien akkużat li seraq mutur f’Marzu u ieħor f’Ġunju, l-ewwel wieħed tat-tip Peugeot Kisbee u l-ieħor tat-tip Piaggio Typhoon.
Quddiem il-Maġistrat Neville Camilleri, l-akkużi miġjuba kontrih kienu; l-immaniġġjar ta’ oġġetti misruqa, ksur ta’ probation kif ukoll bħala reċidiv.
Il-prosekuzzjoni li kienet immexxija minn Elton Taliana, fil-Qorti spjegat li s-suspettat ġie identifikat minn nies li rawh fuq il-post kif ukoll minn filmati ta’ CCTV.
It-talba għall-ħelsien mill-arrest ġiet miċħuda minħabba riskju li tista’ tiġi mmanipulata l-evidenza preżenti.
Għall-akkużat deher l-Avukat Joseph Brincat.
//= $special ?>

