Aktar nisa fl-ogħla karigi tal-Unjoni Ewropea. Rispett akbar lejn is-saltna tad-dritt. L-ewwel liġi Ewropea dwar il-klima. Ġlieda bla preċedent kontra l-kutrabandu. Possibilita’ ta’ estensjoni għall-Brexit.
Dawn huma ftit mill-impenni li tkellmet dwarhom Ursula von der Leyen – il-kandidata għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea – waqt li indirizzat lill-Membri tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.
Ftit sigħat biss qabel l-istess MEPs jivvutaw dwar in-nomina tagħha, von der Leyen insistiet li l-Kummissjoni li tixtieq tmexxi hi jkollha l-istess numru ta’ Kummissarji rgiel u nisa.
Fost waħda mit-temi li ġabet reazzjoni mħallta mis-sala tal-Plenarja kienet Brexit. Von der Leyen tat x’tifhem li hi miftuħa għal estensjoni oħra biex ir-Renju Unit toħrog mill-Unjoni Ewropea.
Tema li bla dubju hi ta’ interess ghal Malta hi dik tas-saltna tad-dritt.
Fil-jiem li għaddew, von der Leyen tkellmet diversi drabi dwar l-importanza li tigi indirizzata l-bidla fil-klima. U fid-diskors tagħha lill-MEPs, kienet ċara li din trid tkun il-prijorita’ tagħha fil-hames snin li ġejjin.
//= $special ?>