Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kkundannat lill-Awtorità tal-Ippjanar tħallas €5,000 għal kull kwerelant, f’dan il-każ ir-raġel ta’ Daphne Caruana Galizia u l-werrieta, fil-kawża kostituzzjonali li fetħet il-familja kontra l-istess Awtorità.
Dan wara li aġixxiet illegalment meta neħħiet strixxuni imqiegħda mal-faċċata ta’ propjetà privata fi Triq l-Ifran, il-Belt, f’April u Mejju, biex b’hekk.
B’hekk l-Awtorità ċaħħdet lill-istess familja mil-libertà tal-espressjoni. Il-Qorti ċanfret il-mod kif l-Awtorità topera, b’nuqqas kbir dokumenti li jissostanzjaw id-deċiżjonijiet meħuda.
L-istrixxun li twaħħal fil-31 ta’ Marzu staqsa lil Keith Schembri għaliex Keith Schembri mhumiex il-ħabs, lill-Prim Ministru għaliex martu mhix tiġi investigata u min ħallas għall-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia wara li staqsiet dawn il-mistoqsijiet. L-ordni għat-tneħħija ħarġet fit-3 t’April u dan filfatt tneħħiet fis-7 t’April min-nies mhux magħrufa. Ħmistax wara li twaħħal l-ewwel strixxun reġa’ tweħħel ieħor iżda din id-darba fi 12-il siegħa tneħħa mingħajr pre-avviż.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Lorraine Schembri Orland, innutat kif l-Awtorità ma kellha ebda jedd tneħħi dan l-istrixxun la kellu messaġġ u mhux riklam. Mix-xhieda ħareġ kif l-ordni għat-tneħħija tal-istrixxun għall-ewwel ħarġet mill-managers u kienet meqjusa bħala materja urġenti mill-Awtorità minħabba n-natura tal-messaġġ iżda ma qisux il-kontenut. Sussegwentament, id-deċiżjoni għall-azzjoni immedjata biex jitneħħa dan l-istrixxun u kwalunkwe strixxun tal-istess xorta madwar il-pajjiż ħarġet direttament miċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità, Johann Buttiġieġ, flimkien mad-diretturi.
Il-Qorti nnutat ukoll il-mod kif l-Awtorità infurzat it-tneħħija tal-istrixxun billi applikat liġijiet skorretti, b’mekkaniżmu ta’ infurzar li skatta mingħajr linji gwida ta’ kif jiġi interpretat. Appellat ukoll lill-Awtorità biex ma tagħtix importanza lil rapport vagi u lmenti kwalunkwe fuq il-midja soċjali minn persuni anonimi.
Is-sentenza kkonkludiet li l-Awtorità aġixxiet lil hinn mill-mandat mogħti lilha mil-liġi, u dan irriżultà f’ċensura effettiva fuq il-familja Caruana Galizia u sussegwentament bil-libertà tal-espressjoni mċaħħda.
//= $special ?>