Fl-inċidenti li faqqgħu lbieraħ fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa kien hemm numru ta’ securities li sfaw feruti. Ritratti li kiseb Net News jikkonfermaw li kien hemm individwi li korrew waqt li provaw iwaqqfu lil dawn l-immigranti.
Il-każ żviluppa tard ilbieraħ wara nofsinhar meta numru ta’ Pulizija minn diversi sezzjonijiet, fosthom dawk tar-RIU, issejħu biex jikkontrollaw argument fiċ-Ċentru tal-Marsa.
Il-ġlieda jidher li nqalgħet bejn grupp ta’ persuni, tant li l-Pulizija żammet mill-inqas sebgħa biex jassistuha fl-investigazzjoni. Fosthom kien hemm immigranti mill-Ghana u l-Eritrea.
Nies li tkellmu magħna spjegaw li bħalissa s-sitwazzjoni fil-Marsa hi “insapportabbli” b’irġiel, nisa u trabi jitħalltu flimkien – apparti t-taħlit ta’ nazzjonalitajiet differenti.
//= $special ?>