It-tieni persuna fi żmien 24 siegħa li weġġgħet fuq sit ta’ kostruzzjoni. Fil-fatt, raġel ta’ nazzjonalita’ Sudaniża kien qed jaħdem fuq sit ta’ kostruzzjoni f’Ħaż-Żebbuġ meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Stqarrija tal-Pulizija tgħid li l-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.45a.m. fi Sqaq il-Qenċ. Fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku li ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>