Sport Sport Ieħor

Richard Schultheis itemm it-tieni fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist

Il-Malti Richard Schultheis spiċċa fit-tieni post fil-Kampjonat tad-Dinja Optimist li għadhom kemm intemmu fil-gżira ta’ Antigwa.  Schultheis li fl-ewwel erba’ minn tnax-il prova kien daħal fl-ewwel post, fl-aħħar żewġ provi tal-kompetizzjoni li kienu l-11 u t-12 il-waħda, daħal fit-tieni post wara Marco Gradoni tal-Italja.

Għal Gradoni li għandu 15-il sena, dan kien it-tielet suċċess konsekuttiv fl-Optimist fejn issa mistenni jaqleb għal kategorija oħra l-istess kif mistenni jagħmel Schultheis minkejja li għandu 14-il sena. Fl-aħħar ġranet ta’ kompetizzjoni f’Antigwa, kien hemm irwiefen ta’ 28 knot u mewġ għoli madwar tliet metri.

Fit-tielet post wara Schultheis, daħal Jaime Ayarza ta’ Spanja, qabel Can Erturk tat-Turkija u Ian Walker March tal-Afrika ta’ Isfel. B’kollox f’dan il-Kampjonat tad-Dinja, ħadu sehem 255 kompetitur minn 65 pajjiż. Malta apparti Richard Schultheis, kienet rappreżentata wkoll minn Antonio Gasperini li temm fil-171 post.