Lokali

Sirjan ferut wara li nqaleb bil-karozza f’Tas-Sliema

Raġel Sirjan kellu jinħareġ mill-karozzi tiegħu bl-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili wara li nqaleb bil-karozza waqt li kien qed isuq fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10pm, fejn fil-post waslet mal-ewwel ambulanza b’tim mediku li assista lis-sewwieq.

Net News hu nfurmat li s-Sirjan kien qed isuq Citroen C2 meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’żewġ karozzi li kienu fl-istess triq – Toyota IQ u Mazda Demio. Hu kien qed isuq fid-direzzjoni minn Tigne’ lejn il-Gżira.

Is-Sirjan, li għandu 29 sena, ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn qed jingħata l-kura għall-ġrieħi li sofra.

Il-Pulizija qed jinvestigaw dan l-inċident.