Sport Sport Ieħor

Titħabbar il-mewt tal-eks rebbieħ Olimpiku tal-boxing Pernell Whitaker

(Ritratt: AP/Donna Connor)

L-eks champion tad-dinja Pernell ‘Sweet Pea’ Whitaker miet wara li ntlaqat minn karozza fl-Istati Uniti. Whitaker li kellu 55 sena, rebaħ il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-1984 f’Los Angeles u kien dikjarat mejjet fl-istat ta’ Virginia s-Sibt filgħaxija.

Whitaker kien champion tad-dinja f’erba’ diviżjonijiet. Dawn huma WBC lightweight, IBF light welterweight, WBC welterweight u WBA light middleweight. L-Amerikan irtira fl-2001 qabel beda jaħdem bħala kowċ. Hu ġġieled bħala boxer professjonali 46 darba, b’40 rebħa li 17 minnhom kienu b’knock-out.

Tags