” Meta aħna ngergru jew nikkritikaw, ikun hemm raġuni għalfejn nagħmlu hekk, għax il-membri tagħna qed ipoġġu lilhom innfushom f’periklu. ” hekk stqarret magħna il-President tal-Bike Advocacy Group Michelle Attard Tonna b’reazzjoni għal dak li qal il-Ministru Ian Borg, fejn iddiskriva lill-Grupp bhala grupp li jikkritika.
Michelle Attard Tonna qaltilna li dan ix-xogħol li sar huwa ta’ periklu kbir, wara li membri minn dan il-grupp pruvaw huma stess dawn il-‘bike lanes’.
Qaltilna li meta jkollok roundabout b’ħafna ħruġ differenti, ma tistax tħalli iċ-ċiklist fl-istess spazzju minfejn għaddejjin il-karozzi.
Il-mod kif inhuma magħmula dawn il-linji, ma jurix min irid jaghti id-dritta lil min jekk hux is-sewwieqa tal-karozzi jew inkella dawk tar-roti …u l-ebda sewwieq għadu ma jaf xi jrid jagħmel.
Hija stqarret li r-riċerka turi li l-incidenti jiġru meta l-infrastruttura tat-triq ma tkunx saret adekwata..
//= $special ?>