Lokali Qorti

Żewġ Ingliżi kkaġunaw ġrieħi gravi lil raġel f’Għawdex

Żewġ irġiel, ta’ nazzjonalità Ingliża, it-tnejn fl-età ta’ 25 sena, dehru quddiem il-Qorti t’Għawdex fuq akkużi li kkaġunaw ġrieħi gravi lil raġel ieħor, fi Triq ix-Xlendi, fil-Munxar, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

L-Ingliżi kienu akkużati li telfu l-paċi pubblika u wieġbu ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom u ngħataw il-libertà proviżorja, iżda taħt diversi kundizzjonijiet.

L-Ispettur Bernard Charles Spiteri mexxa l-prodekuzzjoni.