Lokali Parlament

Bidliet proposti mill-PN biex tissaħħaħ il-korsa tal-Marsa

L-Oppożizzjoni kontra t-tlielaq tal-klieb - Il-Gvern kellu jbaxxi rasu quddiem il-pressjoni tal-Partit Nazzjonalista

Is-sidien taż-żwiemel tat-tiġrija kienu se jibqgħu b’diversi domandi mhux imwieġba dwar il-futur ta’ dan l-isport u kien grazzi għall-Oppożizzjoni li fil-Parlament insistiet biex dan l-isport ikun imħares u ma jintilifx. Dan qalu l-Kap tal-PN Adrian Delia l-Erbgħa fil-Parlament.

L-Oppożizzjoni vvutat favur dan l-iżvilupp wara numru ta’ tibdiliet li saru, u li kienet strumentali għalihom l-Oppożizzjoni fil-Kumitat tal-Verifika.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar talab li titneħħa l-possibiltà li jkun hemm it-tlielaq tal-klieb fil-Marsa. Xi ħaġa li anki l-MSPCA esprimiet nuqqas ta’ qbil totali ma’ din il-possibiltà. Fuq dan, il-Gvern kellu jbaxxi rasu quddiem il-pressjoni tal-PN biex din il-possibbiltà titneħħa.

Min-naħa tiegħu l-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isport, Ryan Callus sostna li għandu jkun hemm żieda fil-price money tat-tlielaq għax dan ma jirriflettix u ma jirrikonoxxix d-dħul sostanzjali li dan il-kummerċ se jkun qed iġib miegħu.

Ryan Callus propona fil-premijiet, fl-ewwel sena jkun hemm żieda ta’ 50% filwaqt li fis-snin ta’ wara, kull sena jkun hemm 20% zieda. Il-Gvern iżda ma aċċettax din il-proposta, u prova jirredikola l-kummenti u reazzjonijiet li l-Oppożizzjoni ġabret minn numru ta’ sportivi.

Ryan Callus fl-emendi li ressaq qal li d-dilettanti għandhom ikollhom parkeġġ b’xejn, kemm għalihom u kif ukoll għall-karrijiet. Huwa enfasizza wkoll fuq il-fatt li l-korsa trid titlesta’ f’numru ta’ xhur, u li l-Gvern irid l-ewwel ipoġġi l-ħidma sportiva mbagħad dik kummerċjali.

Min-naħa tiegħu il-Kelliem għall-Oppożizzjoni dwar il-Finanzi Mario De Marco insista li li l-Polo l-Club għandhom jibqgħu jużaw il-pitch tan-nofs tat-trakka, it-Tnejn l-Erbgħa u s-Sibt. Mario De Marco wkoll enfasizza u ġibed l-attenzjoni għal mod kif saru numru ta’ sejħiet biex isir l-iżvilupp ta’ dan il-proġett.