Aktar minn 50,000 persuna ilbieraħ segwew il-partita taċ-Champions lokali Valletta valida mill-kwalifikazzjoni għaċ-Champions League fuq Net Television.
Net Television, ilbieraħ ingħata d-dritt li jxandar il-partita li kienet mistennija wara li t-tim ta’ Valletta, ġimgħa qabel, kiseb riżultat pożittiv ta’ 2-2 fil-Lussemburgu. Skont stħarriġ li sar, segwew il-partita tal-bieraħ mis-Centenary Stadium aktar minn 50,000 persuna.
Dan apparti li segwew il-partita wkoll madwar 10,000 permezz tal-live streaming u aktar minn 23,000 permezz ta’ facebook.
Bil-partita tal-bieraħ Valletta kkwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-UEFA Champions League wara aggregate ta’ 3-3 kontra t-tim mill-Lussemburgu F91 Duledange.
Il-partita, b’kummentarju ta’ Christian Micallef bil-kummenti tekniċi ta’ Konrad Sultana flimkien ma’ George Cassar, kienet possibbli li tixxandar grazzi għall-ħidma tal-ħaddiema ta’ Net Television.
Net Television jħares ‘l quddiem biex kif għamel fl-aħħar ġimgħat bil-partiti ta’ Balzan FC u Valletta FC, jkompli jxandar avvenimenti ta’ interess għat-telespettaturi Maltin u Għawdxin.
Net Television jirringrazzja lill-isponsors għall-appoġġ tagħhom biex l-istazzjon ixandar din il-partita.
Il-Partita ta’ Valletta kontra F91 Duledange tinsab ukoll fuq Net On Demand, net.com.mt.
//= $special ?>