Il-baruni tad-droga Messikan, El Chapo, ftit tal-ħin ilu, kien ikkundannat il-ħabs għal għomru minn qorti fl-Istati Uniti.
Minbarra dan, El Chapo — ismu proprju Joaquin Guzman — weħel sentenza ta’ priġunerija addizzjonali ekwivalenti għal 30 sena
El Chapo, li għandu 62 sena, kien meqjus fost l-akbar sinjuruni tad-dinja.
Fi Frar li għadda, qorti federali fi New York kienet sabet lil El Chapo ħati dwar għaxar akkużi, fosthom dwar it-traffikar tad-droga u l-ħasil ta’ flus.
Hu kien ħarab minn ħabs fil-Messiku, fl-2016, iżda wara spiċċa arrestat. El Chapo, li kien imexxi l-grupp ta’ Sinaloa għat-traffikanti tad-droga, imbagħad spiċċa estradit lejn l-Istati Uniti fl-2017.
//= $special ?>