Caleb Ewan sar l-ewwel Awstraljan li qatt rebaħ stadju tat-Tour de France meta spiċċa l-ewwel fi sprint eċċitanti fil-11-il stadju. Ewan issa rebaħ stadji fit-tliet Tours il-kbar waqt li rebaħ tliet darbiet fil-Giro d’Italia u darba f’La Vuelta.
Hu għeleb l-isfida tal-favorit f’dan l-istadju Dylan Groenewegen u t-Taljan Elia Viviani. Fi stadju ta’ 167km, il-Franċiż Julian Alaphilippe żamm il-flokk l-isfar għal ġurnata oħra filwaqt li Geraint Thomas baqa’ t-tieni fil-Klassifika Ġenerali wara li spiċċa mal-kumplament taċ-ċiklisti.
Ir-rebħa ta’ Ewan tfisser li sa issa kien hemm rebbieħ differenti fl-għaxar stadji sa issa, xi ħaġa li ġrat għall-ewwel darba mill-edizzjoni tal-1996. Peter Sagan temm ir-raba’ iżda kabbar il-vantaġġ fil-klassifika tal-punti, biċ-ċiklist ta’ Bora-Hansgrohe qed ifittex li jirbaħ il-flokk l-aħdar għal rekord seba’ darbiet.
It-12-il stadju tal-lum se jidħol fil-muntanji Pirinej b’distanza ta’ 209.5km minn Toulouse sa Bagneres de Bigorre, stadju li jista’ jara xi ċaqliq fil-Klassifika Ġenerali.
Kif spiċċaw il-11-il stadju:1. Caleb Ewan 3:51.26, 2. Dylan Groenewegen, 3. Elia Viviani, 4. Peter Sagan, 5. Jens Debusschere, 6. Sonny Colbrelli, 7. Jasper Philipsen, 8. Cees Bol, 9. Alexander Kristoff, 10. Warren Barguil
Klassifika Ġenerali: 1. Julian Alaphilippe 47:18.41, 2. Geraint Thomas +1.12, 3. Egan Bernal +1.16, 4. Steven Kruijswijk +1.27, 5. Emanuel Buchmann +1.45. 6. Enric Mas +1.46, 7. Adam Yates +1.47, 8. Nairo Quintana +2.04, 9. Daniel Martin +2.09, 10. Thibaut Pinot +2.33
//= $special ?>