– Claudette Buttigieg, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-poplu Malti hu wisq aljenat minn fuq kwistjonijiet ta’ natura importanti ħafna fil-pajjiż.
Fl-Aġġornament id-depuat Nazzjonalista Claudette Buttigieg tkellmet dwar il-tkieb dwar San Tumas Moore, li hu l-qaddis tal-politiku u qalet li Moore kien iġid id-dilemma kbira tal-politiċi; l-aspett morali u l-apsett etiku. In-nies jaħbu li fil-aprlament ikun hemm biss nuqqas ta’ qbil iżda dan mhux il-każ għaliex il-maġġoranza tal-liġijiet jgħaddu bi qbil unanimu. Hi qalet li d-deputati jkollhom dilemma dwar id-deċiżjonijiet li jkunu qed jittieħdu.
Id-deputat Nazjzonalissta qalet li hemm ukoll Macchiavelli, li jgħid li l-persuna għandha tagħmel dak kollu possibbli biex jilħqu fejn iridu. Macchiavelli kien bla skrupli, sostniet Claudette Buttigieg, li qalet li hu komdu fis-soċjetà li jkun hawn min ma jimpurtahx għax ikun komdu. Il-poplu hu wisq aljenat u mtarrax bla ma jħossx. M’għandux jinħolqu stejjer dwar l-għawma li għamlet is-Sinjura Michelle Muscat għaliex din kienet għawma għal skopijiet tajbin.
Hi sellmet lil Daphne Caruana Galizia u qalet li din pprovat tfittex il-verità anki jekk ma kinitx dejjem etikament korretta. Caruana Galizia kixfet veritajiet ifl-pajjiż u llum inqatlet. Il-mistoqsijiet il-kbar se jibqgħu fosthom dwar min qabbad lil dawn it-tliet persuni jew oħrajn biex joqtluha.
//= $special ?>