Imnedija Strateġija ġdida għas-Saħħa Mentali li se tkun implimentata fuq l-10 snin li ġejjin u li ghandha l-hsieb li taghti servizz, taħriġ u sapport kemm lill-pazjenti, u l-qraba, izda wkoll il-ħaddiema involuti fis-settur.
Ghall-ahhar snin, kien hemm pressjoni kbira biex issir din l-istrategija wara li s-settur tas-sahha mentali thalla ghal rihu mill-Gvern – Monte Karmeli spicca post ikkundannat – u ftit kien hemm investiment dirett f’dan il-qasam.
Il-viżjoni ewlenija hi maqsuma fuq erbgħa fatturi; li tiżdied il-promozzjoni, jinbidel il-mod kif jingħata s-servizz, il-pazjenti u familjari jingħataw is-sapport meħtieġ, u jkun hemm innovazzjonijiet fis-servizz tal-fostering.
Il-problemi li jkunu għadhom fi stadju bikri se jkunu qed jingħataw importanza biex jindirizzawhom minnufih halli ikunu evitati problemi ikbar ‘il quddiem.
Il-Gvern qed jghid li din l-Istrateġija se tkun qed tagħti servizz barra mill-Isptar Mater Dei, propju fil-komunità b’faċilitajiet moderni biex tingħata l-aħjar kura possibli.
Fid-dokument li ressaq, il-Gvern ghazel li jirrepeti l-weghda li se jibni sptar ta’ 120 sodda li jkun sostitut ghal Monte Karmeli – wieghda li ilha tissemma’ zmien twil, u li s’issa ghadu ma sar xejn dwarha.
Waqt it tnedija ingħad li huwa importanti li pajjiżna jkollu ambjent tajjeb, u wieħed ikollu xogħol stabbli, fost diversi fatturi oħra biex wieħed jassigura u jevita problemi fis-saħħa mentali – fil-fatt, il-qerda tal-ambjent urban ….inkluz it-tqaccit tas-sigar…zgur li ftit qed jghinu biex jintlahqu dawn l-ghanijiet.
Preżenti għat-tnedija kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni ghas-Saħħa, Stephen Spiteri, fost diversi professjonisti ohra fuq is-suġġett.
Intant, fl-aħħar stħarriġ li sar jidher li n-nisa jsofru iktar mill-irġiel fejn tidħol id-dipressjoni u l-ansjetà. Fejn jidhlu persuni ta’ bejn il-55 u l-64 sena ir-rata f’pajjizna ta’ niex bi problemi ta’ sahha mentali hija oghla mill-bqija tal-UE.
Apparti minn hekk, l-ammont ta’ studenti u addoloxenti Maltin li qed isofru minn ansjetà u dipressjoni huwa għola minn pajjiżi oħra.
//= $special ?>
