Odion Ighalo skorja l-gowl rebbieħ hekk kif in-Niġerja rebħet 1-0 kontra t-Tuneżija u kisbet it-tielet post fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana. Ighalo li hu l-aqwa skorer tat-tournament b’ħames gowls, skorja wara biss tliet minuti meta kompla għal ġewwa wara li l-gowlkiper Moez Ben Cherifia xellef il-ballun mid-difensur Yassine Meriah.
Din hi t-tmien darba li n-Niġerja temmew it-tielet, bin-Niġerjani rebħu l-kompetizzjoni tliet darbiet. It-Tuneżini, rebbieħa tal-edizzjoni tal-2004 kellhom bżonn l-interventi ta’ Cherifia biex fit-tieni taqsima ċaħħad lil Samuel Chukwueze u fil-ħin miżjud salva b’mod akrobatiku free-kick ta’ Samuel Kalu.
Il-Ġimgħa s-Senegal se tkun qed tfittex l-ewwel suċċess fil-kompetizzjoni meta fil-finali tilgħab kontra r-rebbieħa tal-1990 l-Alġerija.
//= $special ?>