Lokali

Isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’Għawdex

L-isptar ġenerali ta' Għawdex - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 50 sena sofra minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument f’Għawdex. L-inċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta ta’ nofsillejl u ħamsa fi Triq il-Wied, iż-Żebbuġ, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett flimkien ma’ membri tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li għal xi raġuni seħħ argument bejn raġel Malti u grupp ta’ persuni x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija. Jidher li waqt l-argument, ir-raġel ta’ 50 sena residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, qala’ daqqa t’oġġett iebes u sofra xi ġrieħi.

Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.