Mara qed tisħaq li l-jackpot li tela’ fit-18 ta’ Mejju hu bid-dritt tagħha ghax il-biljett li kienet xtrat hu propju tagħha – iżda jidher li din remiet il-biljett tal-jackpot u qed tissogra li titlef mat-€820,000.
Illum kienet l-aħħar ġurnata wara xahrejn li wieħed seta’ jiġbor il-premju tiegħu. Natalie Bonnici jidher li nnotat fl-aħħar ġurnata li n-numri li telgħu huma propju tagħha u b’hekk iddeċidiet li tiftaħ kawża l-Qorti biex tipprova tieħu l-premju.
Hi saħqet li minn kopja tal-biljett skenjat tista’ turi bi prova li dak il-premju hu tagħha, u b’hekk Maltco tista’ tiċċekja jekk dan hux minnu permezz tal-barcode.
Bonnici qalet li minħabba problemi ta’ saħħa kemm tagħha u ta’ binha, hi kienet aljenata wisq biex tirrealizza li kellha l-biljett rebbieħ f’idha u li spiċċat remietu.
Il-biljett kien inxtara minn għand Maltco mill-Qawra. Hi qed titlob lill-Qorti biex il-premju jinżamm u ma jingħatax lill-Fond għall-Kawżi Ġusti sakemm tinqata’ l-kawża.
//= $special ?>