Lokali

Iż-żona ‘turistika’ ta’ Buġibba miksija bi sħaba trab

Residenti ta’ triq partikolari f’Buġibba lmentaw fuq il-mezzi soċjali wara li sabu ruħhom f’sitwazzjoni surreali.

Dak li jidher fir-ritratt mhu xejn ħlief trab tiela’ minn sit ta’ kostruzzjoni, bi ksur ta’ diversi regoli dwar il-kostruzzjoni.

Fost oħrajn, minn sit ta’ kostruzzjoni mhux suppost li jtir trab u għalhekk min ikun qed jaħdem irid jieħu diversi miżuri fosthom li jgħatti s-sit, ixarrab il-post jew juża makkinarju li jiġbed it-trab prodott.