Lokali Parlament

Jeħtieġ assisteenza lid-deputati fir-riċerka

Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Parlament David Agius qal li jeħtieġ assisteenza lid-deputati fir-riċerka u fil-ħidma parlamentari tagħhom.

Fl-Aġġornament David Agius qal li l-perjodu tal-vaganzi tas-sajf tal-parlament – li se jiltaqa’ fis-7 ta’ Ottubru 2019 – hu wieħed twil u ma kienx hemm bżonn dan il-perjodu kollu.

Hu qal li għandu jkun hemm iktar għajnuna u assistenza lid-deputati u rringrazzja l-appoġġ li qed jingħata d-deputat Nazzjonalista Kevin Cutajar. Jeħtieġ li d-diskussjoni tkompli titjieb bili jkun hemm dan l-appoġġ meħtieġ.