Sport Waterpolo

Jerome Gabarretta magħżul il-Plejer tax-Xahar għal Ġunju

Il-plejer ta’ Sliema Frank Salt Jerome Gabarretta ġie magħżul bħala l-BOV Plejer tax-Xahar għal Ġunju. Gabarretta kien fost il-plejers ewlenin ta’ Sliema matul l-ewwel xahar tal-istaġun tas-sajf u fl-erba’ logħbiet ta’ Sliema skorja 12-il gowl.

Is-centre Slimiż skorja tripletta fir-rebħa ta’ 18-13 ta’ Sliema kontra Birżebbuġa u tliet gowls oħra meta Sliema għelbu lil Exiles 14-7. Il-plejer ta’ 29 sena sab ix-xibka erba’ darbiet fir-rebħa Slimiża ta’ 14-8 kontra Marsaskala u doppjetta fit-telfa ta’ 11-7 kontra San Ġiljan, b’Sliema jassiguraw posthom fil-Kampjonat Premier.

L-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta Peter Perotti ppreżenta l-plakka kommemorattiva lil Jerome Gabarretta, f’dak li hu t-tieni unur personali mirbuħ fil-karriera tiegħu.

Tags