- Ryan Callus, PN
Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-ftehim biex jitneħħew diversi kundizzjonijiet fil-proġett tal-lukanda Fortina hu l-ikbar skandu u li fih il-poplu Malti qed jinsteraq il-miljuni.
Ryan Callus qal li din hi art tal-gvern li għanha kundizzjoni dwar l-użu meta nbiegħet lill-privat. Il-valutazzjoni għandha tkopri ż-żona kollha u tkun ġusta. L-art igħatat għal skopijiet ta’ lukanda u kienet tqajmet fil-Bord tal-Gvernaturi tal-Artijiet fejn l-eba uffiċjal tal-Awtorità ma ried ikollu x’jaqsam ma’ dan il-ftehim.
Fil-bidu kien hemm talba dwar l-appartamenti fejn inħadmet stima iżda ġiet talba għal spazju kummerċjali. Għlahkek hemm żball għaliex l-istima inħadmet għax appartamenti u mhux għal spazju kummerċjali. Dan hu żball fil-valutazzjoni, fejn ingħataw struzzjonijiet biex ibiddlu l-valutazzjoni.
Hu qal li ma ngħatax kopji għalkemm kellhom jippreżemtawhom fil-Kumitat tal-Verifika. Il-Fortina għamlu valutazzjoni għand id Deloitte li tvarja b’€6 miljuni. Il-Bord iddeċieda li jkun hemm ir-raba’ valutazzjoni fejn tqaddab il-Grant Thorthon b’mod dirett u bla sejħa. Fl-aħħar il-Fortina qablu mal-aħħar valutazzjoni ta €8 miljuni biex ir-raba’ valutazzjoni ma saret qatt.
Ryan Callus qal li l-Bord tal-Gveraturi, meta huma kienx preżenti, ta n-no objection meta kien hemm ksur tal-kundizzjonijiet biex illum ix-xogħlijiet għaddejjin b’disprezz lejn l-istessAwtorità. Hu ovvju li l-gvern ma jinteressahx għaliex is-sidien huma għaddejjin bix-xogħlijiet meta l-parlament għadu m’approvax it-tneħħija tal-kundizzjonijiet.
L-ewwel valutazzjoni hi draft waqt li fit-tieni valutazzjoni jissemma’ punt li l-periti ma qablux miegħu. Fl-ewwel valutazzjoni t-total hu ta’ €120-il miljun mill-Fortina lill-poplu iżda xi ħadd fl-Awtorità tal-Artijiet ta struzzjoni biex din il-valutazzjoni tibidel. It-tieni valutazzjoni waqgħet għal €8 miljuni; differenza ta’ €4 miljuni.
Ryan Callus qal li mhux iċ-chairman jew il-Bord tal-Gvernaturi taw din l-istruzzjoni; xi ħadd irid jerfa’ r-respnsabbiltà. Il-periti bidlu l-verżjoni tagħhom u ma ridux jerfgħu d-deċiżjoni huma. Meta ġew mitluba biex inaqqsu l-valutazzjoni, l-periti kitbu li xi ħadd fl-Awtorità ta struzzjonijiet. Dan hu poter tal-Bord tal-Gvernaturi iżda xi ħadd refa’ din ir-responsabbiltà fuq spalltu biex tinbidel il-valutazzjoni. Din it-transazzjoni lanqas kienet approvata mill-Bord tal-Gvernaturi iżda ħa nota u għaddiehom lill-Bord tal-verifika. L-Oppożizzjoni ivvotat kontra għaliex ma setgħetx parti minn dan il-ħmieġ.
Il-provi jinsabu hawn, sostna Ryan Callus, li kompla li l-istima mhux biss tnaqqset b’€4 iljuni iżda ma tinkludix iż-żona kllha li fuqhom tneħħew il-kundizjzonijiet. Hemm mijiet ta’ metri kwadri f’żona primarja turistika f’Tas-Sliema fejn uħud mill-artijiet li nbiegħu lill-Fortina ma kinux ivvalutati fl-istima ta €8 miljuni. Il-prova tinsab fil-valutazzjoni stess tal-Fortina fejn id-Deloitte qalu li r-rapport ta’ valutazzjoni ta’ €8 miljuni mid-Dpartiment tal-Artijiet kellha jinkludi ż-żona ta’ 635 metru kwardu. Il-poplu Malti se jitlef miljuni ta’ ewros.
Ryan Callus qal li l-kuntratt ippreperah in-nutar ta’ min se jifdi u sostna li l-valutazzjoni tal-Artijiet ħadmet fuq 565 metru kwardu waqt li l-fidi tal-kundizzjonijiet jirriferi għal sitt żoni li jinkludi 450 metru kwardu u 23 metru kwardu li se titneħħielhom ir-restrizzjonijiet għal skopijiet turistiċi u 2992 metru kwardu oħra li wkoll mhux se jibqgħu suġġetti għal skopijiet ta’ turiżmu. Minn dawn l-2992 metru kwadru hemm 766 metru kwardu li se jitneħħielhom ir-restrizzjoni dwar iktar sulari skont il-pjanti u hemm 2020 metru kwardu oħra li fuqhom qed jitneħħew ir-restrizzjoni li jgħolew kemm iridu. Tneħħiet ukoll ir-restrizzjoni tal-għoli fuq 900 metru kwadru u 200 metru kwadru ieħor li fuqhom se jitneħħew diversi kundizzjonijiet.
Dan hu l-ikbar skandlu ta’ dan il-gvern Laburista, sostna Ryan Callus, li kompla li din hi mozzjoni oxxena lil-Oppożizjzoni se tivvota kontra ma trid li dak li hu tal-poplu jibqa’ tal-poplu.
//= $special ?>