Internazzjonali

Miet l-awtur Andrea Camilleri: dak li ħoloq il-karattru ta’ Montalbano

L-awtur li ħoloq l-Ispettur Montalbano, li jintwerew b’suċċess fuq Rai Uno

Tħabbret il-mewt tal-awtur Sqalli Andrea Camilleri fl-età ta’ 93 sena.

Ħafna jqisu lil Camilleri bħala l-ikbar awtur Sqalli sa mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn u huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa kittieba tal-Italja.

Ix-xahar li għadda huwa ġie ammess fi sptar f’Ruma wara attakk f’qalbu. Hu kien tilef id-dawl ta’ għajnejh fl-2017 iżda xorta kien baqa’ jikteb. Kien ikkummenta li minkejja li kien għama, issa beda jara l-affarijiet ferm aktar ċari minn qabel.

Camilleri huwa magħruf bħala l-awtur li ħoloq il-karattru ferm popolari fuq it-Televiżjoni: dak tal-Ispettur Montalbano.

Din is-sensiela ta’ films li ilha għaddejja għal dawn l-aħħar 25 sena ma mhux biss kienet tal-isem fl-Italja iżda wkoll f’bosta pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, l-Istati Uniti, Franza, Spanja, il-Ġermanja u l-Awstralja.