Diversi persuni u għaqdiet qed iwasslu l-karba tagħhom biex l-ambjent jiġi mħares minflok artijiet verġni jinqerdu kompletament minħabba nuqqas ta’ ħsieb.
Attard Residents Environmental Network u Bicycle Advocacy Group flimkien ma’ diversi NGOs oħra ħarġu stqarrija biex il-Gvern jgħati widen lil dawk li jridu l-ftit mill-ambjent ta’ pajjiżna mħares bl-aħjar mod. Madanakollu, jidher li l-Gvern qed jagħmel l-oppost hekk kif qed jeqirdu.
Dawn l-għaqdiet irrikonoxxew diversi nuqqasijiet li mhux jiġu meqjusa mill-Gvern:
- Mat-48,000 metri kwadri ta’ art agrikola tal-bdiewa se tiġi meqruda. Huma saħqu li l-korsijiet il-ġodda tal-karozzi, slip lanes, u junctions enormi se jwassal għal domanda ikbar.
- Aktar minn 600 siġra matura, uħud minnhom protetti u uniċi, se jkollhom jinqerdu biex iwittu t-triq għal triq ġdida.
- Numru ta’ infrastrutturi kulturali fil-viċinanzi tal-Kappella ta’ San Pawl se jkun affetwati direttament billi se jkollhom jitwaqqgħu jew inkella se jkunu f’riskju li ssirilhom il-ħsara kemm waqt ix-xogħlijiet kif ukoll meta tinfetaħ it-triq għall-użu.
- Is-7 junctions mir-Rabat sal-MFSA huma skonnetatti, u dan jagħmilhom perikolużi għal min ikun bir-rota jew bil-mixi. Il-korsijiet tar-roti proposti jibdew mix-xejn u jispiċċaw fix-xejn, u biex wieħed jasal għalihom irid jaqsam toroq ewlenin mingħajr infrastruttura sikura biex wieħed jaqsam.
- Ir-residenti taż-żona ta’ Ħ’Attard, Ħal Balzan u Birkirkara u n-nies ġejjin minn dawn l-inħawi mhumiex se jkollhom netwerk baziku ta’ rotot tar-roti biex jaqsmu minn naħa għall-oħra ta’ din it-triq u b’hekk ikollhom jużaw il-karozza.
- In-nuqqas ta’ network bażika għar-roti u żoni sikuri pedonali jiskuraġġixxi n-nies milli taqleb għal mezzi ta’ trasport alternattivi biex jitnaqqas it-traffiku.
- Tniġġis tal-arja u tal-ħoss iġġenerat mit-traffiku għaddej minn Triq Oliver Agius, Triq Ferdinand Inglott u Triq Tumas Chetcuti se jiżdied drastikament.
- It-traffiku li jgħaddi minn Ħ’Attard mit-toroq ta’ Triq Ħal Warda, Triq iż-Żagħfran u Triq in-Nutar Zarb mhux se jitnaqqas.
- L-inkonvenjenza u ż-żieda fit-traffiku fis-service roads u t-toroq residenzjali tal-viċin.
- Numru kbir ta’ residenti (stmat iktar minn 1,200) se jkunu prattikament iżolati miċ-ċentru tar-raħal b’żewġ toroq maġġuri li se jżidu t-tniġġis tal-arja u d-dipendenza fuq il-karozza.