Ambjent Lokali

#savedwejra: Il-BirdLife tiftaħ kawża l-Qorti

Wara s-sostenn qawwi mill-pubbliku b’donazzjoni ta’ aktar minn €3,000 f’jumejn biss – f’isem 15-il organizzazzjoni BirdLife Malta fetħet kawża l-Qorti bil-għan li tisfida t-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar li kkonċeda l-permess sabiex ikompli l-proġett ta’ ristorant fid-Dwejra, Għawdex.

Minkejja li l-ERA kienet kontra dan l-iżvilupp u l-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat li toħroġ il-permess – t-tribunal biddel id-deċiżjoni għad-diżappunt ta’ bosta li għandhom din iz-zona għal qalbhom.

Għaldaqstant l-argumenti kollha ser ikunu qed jiġu preżentati fis-smiegħ li ser ikun qed isir fis-16 ta’ Ottubru wara l-waqfa tas-Sajf.