Clarence Seedorf tkeċċa minn kowċ nazzjonali tal-Kamerun wara li naqsu li jiddefendu t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani. L-eks midfielder Olandiż li għandu 43 sena kien ilu fit-tmexxija tat-tim għal anqas minn sena. L-assistent tiegħu Patrick Kluivert, ukoll eks plejer tal-Olanda, ħalla l-kariga wkoll.
Il-Kamerun kienet eliminata fil-fażi tal-aħħar 16 b’telfa ta’ 3-2 kontra n-Niġerja. Din it-telfa xejn ma niżlet tajjeb u saħansitra l-Ministru tal-Isport tal-pajjiż sejjaħ lil Seedorf biex iħalli l-kariga. Seedorf kien kuntent li jkompli għaliex ħass li l-iskwadra uriet sinjali pożittivi. L-eks plejer ta’ Milan u Real Madrid iffirma kuntratt ta’ erba’ snin meta ħa t-tmexxija tat-tim f’Awwissu tas-sena l-oħra.
Stqarrija tal-Federazzjoni tal-Kamerun ikkonfermat it-tneħħija ta’ Seedorf u Kluivert u qalet li t-tmiem tal-kuntratt tagħhom huma skont klawsoli li għandhom fil-kuntratti tagħhom. Il-kuntratti kienu wkoll jirrikjedu li Seedorf u Kluivert jgħixu fil-pajjiż u jagħti s-sapport tagħhom lit-timijiet nazzjonali l-oħra.
L-għan tagħhom kien li jerġgħu jirbħu t-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li oriġinarjament kellhom isiru f’pajjiżhom, filwaqt li jikkwalifikaw għall-edizzjoni li jmiss kif ukoll għat-Tazza tad-Dinja li jmiss.
//= $special ?>