Lokali

FILMAT: Instabu aktar minn 200 saqqu

Ġew rilaxxati

Il-persuni arrestati waqt l-azzjoni ta’ infurzar fl-istalel tal-Marsa ġew irrilaxxati kollha. Dan kien ikkonfermat lil Net News minn sorsi fid-Depot.

Skont l-informazzjoni li ksibna, l-uffiċjali tal-Immigrazzjoni kkonfermaw li l-immigranti kollha li gew arrestati kellhom il-permessi tar-residenza valida.

Is-47 immigrant kienu gew arrestati wara li instabu fil-Marsa, jghixu fi stalel li kienu qed jinkrew lil iktar minn sebgħin persuna differenti. Dawk li gew interrogati kienu ġejjini minn pajjiżi differenti, fosthom il-Gambia, in-Niġerja, is-Senegal u l-Mali… u jirrizulta li dawn il-persuni kollha ġew Malta b’mod legali.

Sa issa ghadu mhux car jekk il-Pulizija hux se jieħdu passi kontra s-sid tal-istalel. Mhux car lanqas jekk kienx hemm sahansitra anke Maltin li kienu qegħdin jghixu f’dan il-post.

Kollox jindika li l-kmamar kienu jkunu iffullati bl-immigranti, fejn b’kollox instabu mal-200 saqqu f’dawn l-istalel. Uhud mis-saqqiet tnehhew mill-post kmieni l-Hamis filghodu, l-ghada tar-raid.Hu mifhum li s-sidien tal-istalel fil-Marsa allegatament kienu qed idaħħlu aktar minn €1,500 fix-xahar minn kull remissa, li fl-aħħar snin bidlu illegalment f’akkomodazzjoni għal għexieren ta’ immigranti.