Lokali

FILMAT: L-Aġenda għall-Kunsill Ġenerali tal-PN

Jitlesta l-proċess ta’ verifikazzjoni

Is-Segretarju Generali tal-PN Clyde Puli hareg l-Agenda ghall-Kunsill Generali Straordinarju li se jitlaqqa’ fis-27 ta’ Lulju li gej – agenda li qed tasal ghand il-kunsillieri f’dawn is-sighat.

L-Agenda setghet titqassam wara li gie konkluz il-process ta’ verifikazzjoni dwar il-membri kollha tal-Kunsill Generali skont l-istatut. Dawn fil-fatt qed jigu notifikati b’ittra minghand is-Segretarju Generali li mistennija tasal bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa.

Jekk wieħed ikun għadu ma rċeviex din l-ittra jew għandu xi diffikultajiet oħra, jista’ jagħmel kuntatt mal-Kummissjoni Elettorali mill-aktar fiż fuq kummissjoni@pn.org.mt .

Dwar dan il-process Net News tkellem mac-chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Francis Zammit Dimech.

 “Stabbilejna min huma l-persuni li skont l-istatut huma kunsilliera u li huma ukoll membri tal-Partit Nazzjonalista. Dan kollu jirriżulta skont id-dokumenti li jżomm il-Partit sal-4 ta’ Lulju għaliex il-Kunsill issejjaħ dakinhar mill-Kap tal-Partit. Allura, fl-4 ta’ Lulju l-lista ġiet iffiriżata għax jekk kien hemm min sar kunsillier wara, dak ma jikkwalifikax.”

Zammit Dimech zvela li giet maghzula ukoll id-data ghall-Early Voting.

 “Il-votazzjoni prinċipali se ssir fil-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali, nhar is-Sibt 27 ta’ Lulju ġewwa d-Dar Ċentrali bejn l-10 ta’ filgħodu u s-6 ta’ filgħaxija. Għamilna ukoll early voting li se jkun nhar l-Erbgħa 24 ta’ Lulju, bejn il-5 u t-8 ta’ filgħaxija. Peress li mhux se jsir parti mill-Kunsill Ġenerali, l-early voting biss jista’ jsir f’2 postijiet, fid-Dar Ċentrali f’tal-Pietà u fil-Każin tal-PN f’Ta’ Sannat Għawdex.”

Fis-27 ta’ Lulju, il-Kunsill Generali se jiftah fid-9:30am, u dakinhar wiehed se jkollu ic-cans jivvota ghad-domanda kif proposta mill-Kap tal-PN Adrian Delia.

 “Il-Kummissjoni Elettorali determinata li jkun hemm proċess kalm, ġust u trasparenti kif jixraq lill-Partit Nazzjonalista, il-partit li fl-aħħar mill-aħħar huwa marbut mat-twemmin tal-valuri tagħna, inkluż il-valur tad-demokrazija.”