Gżira United għaddew għall-fażi li jmiss tal-UEFA Europa League wara li għelbu lit-tim Kroat ta’ Hajduk Split barra minn darhom bl-iskor ta’ 3-1.
Fl-ewwel partita li ntlagħbet fil-grawnd taċ-Ċentinarju, Ta’ Qali, il-Gżira tilfu bl-iskor ta’ 2-0.
Iżda f’logħba eċitanti milgħuba fil-Poljud Stadion ġewwa Split, Gżira United dawru telfa f’rebħa bi 3 gowls ta’ Jefferson fis-57 minuta, Hamed Kone fid-69 minuta u l-gowl deċiżiv tal-istess Kone 6 minuti fil-ħin barrani.
B’hekk, Gżira United għaddew b’aggregate ta’ 3-3 grazzi għat-3 gowls barra minn darhom u issa jaffaċjaw lit-tim Latvian ta’ Ventspils fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Europa League.
//= $special ?>