Is-Senatur Chuck Schumer qed jitlob lill-FBI sabiex tinbeda b’mod urġenti investigazzjoni fuq il-mod kif qed titħaddem il-famuża FaceApp – applikazzjoni fuq smartphones li tbiddel l-uċuh tan-nies.
Ħafna qed jghidu li din l-App, popolari anke f’pajjizna, qed tigbor data privata tal-individwi. U d-dubji ikomplu jikbru meta wiehed jirrealizza li din il-FaceApp giet zviluppata minn kumpanija Russa.
Schumer ghalhekk qed jitlob l-FBI tinvestiga r-riskji ghall-privatezza u anke fejn tidhol is-sigurta nazzjonali tal-Istati Uniti.
Jidher li sa issa FaceApp kisbet l-access ghad-data ta’ 150 miljun persuna minn madwar id-dinja kollha.
//= $special ?>