Ilbieraħ filgħaxija, Jake Vella, it-tifel li jbati minn kundizzjoni rari magħrufa bħala Rohhadnet Syndrome, iddaħħal l-isptar b’urġenza.
Kif inxterdet l-aħbar fuq il-midja soċjali, kienu ħafna li appellaw sabiex nitolbu għalih u għal familja tiegħu.
Minkejja l-kundizzjoni li għandu Jake, li biha jiżdied fil-piż anke jekk jagħmel l-eżerċizzju u jimxi ma’ dieta bilanċjata, Jake dejjem kien ta’ ispirazzjoni għal ħafna nies.
Xejn ma jaqta’ qalb Jake, lanqas jekk hu l-unika Malti li jbati minn din il-kundizzjoni.
//= $special ?>