Futbol Sport

Jikbru l-għidut li l-leġġenda Ronaldinho se jingħaqad ma’ Birkirkara

It-tim Malti ta’ Birkirkara għandhom ċans tajjeb li jiffirmaw magħhom lill-Brażiljan Ronaldinho – plejer li tul il-karriera tiegħu mhux biss lagħab man-nazzjonal, iżda anke ma’ timijiet bħal PSG, Barcelona u Milan.

Illum il-ġurnata, Ronaldinho għandu 39 sena u dan l-aħħar baqa’ biss involut fil-futsal.

Jidher li l-klabb Malti qiegħed f’kuntatt kontinwu mal-aġent tal-plejer biex jikkonvinċuh jiġi staġun wieħed f’Malta.

Fil-passat, Birkirkara kienu wkoll involuti fi transfers ta’ plejers oħra li lagħbu fis-Serie A fosthom Miccoli li kien skurja fil-konfront kontra West Ham. Iżda bla dubju, dan żgur li jkun l-aqwa isem li qatt irreġistraw magħhom.