L-applikazzjoni kontroversjali biex tiġi żviluppata pompa tal-petrol fi Triq is-Salina fil-Magħtab ġiet irrifjutata unanimament mill-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.
L-iżviluppaturi riedu jirrilokaw pompa tal-petrol li tinsab fil-Mosta biex fil-limiti tan-Naxxar jibni ukoll faċilità għall-ħasil tal-karozzi, numru ta’ ħwienet u garaxxijiet minflok żewġ irziezet dilapidati.
Din l-applikazzjoni sabet l-oppożizzjoni ta’ aktar minn 100 residenti fl-akwati li lkoll saħqu li l-iżvilupp se jkollu impatt sinifikanti fuq il-madwar, b’żieda sostanzjali ta’ storbju fost l-oħrajn.
//= $special ?>