Sport Sport Ieħor

Sliema l-aħjar tim fil-kampjonat nazzjonali tal-għawm

(Ritratt: Sliema ASC)

Fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq intemm l-istaġun tal-għawm bil-Kampjonati Nazzjonali li saru fuq erbat ijiem il-ġimgħa l-oħra. L-għawwiema li pparteċipaw għamlu dan wara li kisbu l-ħinijiet mitluba matul l-istaġun. Diversi għawwiema kisbu l-aħjar ħinijiet personali u nkisru diversi rekors nazzjonali jew tal-grupp tal-età tagħhom.

Sirens ASC rebħu x-Shield tal-klabb bit-total tal-punti mill-għawwiema kollha fl-avvenimenti kollha. Huma spiċċaw b’104 punti, segwiti minn Neptunes WPSC u Sliema ASC li t-tnejn spiċċaw b’76 punt filwaqt li Marsaxlokk ASC temmew ir-raba’ bi 38 punt.

Għall-ewwel darba, fi tmiem il-kompetizzjoni ngħata trofew lill-klabb ibbażat fuq ir-riżultati miksuba fuq dan il-Kampjonat, bil-punti jingħataw lill-għawwiema li spiċċaw fl-aqwa tmien pożizzjonijiet fl-avvenimenti individwali. Sliema rebħu t-trofew b’992 punt, segwiti minn Sirens b’959 punt u Neptunes b’817 punt.

Dylan Cachia ta’ Neptunes WPSC tejjeb ir-rekord nazzjonali tiegħu stess fit-800 metru freestyle wara li waqqaf l-arloġġ f’8:39.20. Ir-rekord preċedenti kien għamlu ġimgħa qabel f’Kazan waqt il-Kampjonati Ewropej taż-Żgħażagħ tal-LEN.

Sophia Allen ta’ Sliema ASC għamel rekord fi Grupp A tal-età tagħha fil-50 metru breaststroke f’ħin ta’ 40.98. Rudi Spiteri ta’ Sirens ASC għamel rekord fl-ewwel frazzjoni tal-4×50 metru relay tal-freestyle. F’24.23, Spiteri kiser ir-rekord li kien għamel Matthew Zammit aktar minn seba’ snin ilu.

Andrea Mallia ta’ Sirens ASC tejjeb ir-rekord fil-200 metru breaststroke f’ħin ta’ 2:22.87 u bħal Dylan Cachia r-rekord preċedenti kien għamlu f’Kazan. Thomas Woods tejjeb ir-rekord tiegħu fl-400 metru medley individwali u għamel rekord ta’ Grupp Ċ tal-età tiegħu f:5.08.38. Fl-istess kompetizzjoni, Sean Allen Gatt ta’ Sirens ASC għam f’4:58.68 u għamel rekord fi Grupp D.

Caine Schembri ta’ San Ġiljan SWE stabilixxiet rekord fi Grupp A tal-età tagħha fil-50 metru breastroke. F’40.11 kisret ir-rekord ta’ Philip Caruana Baldacchino li kien għamel f’Diċembru tal-2009.

Fi tmiem il-kampjonat nazzjonali ngħataw l-unuri tal-kampjonat tal-għawm u lill-għawwiema individwali. Il-kampjonat tal-għawm jieħu fil-kuntest l-aħjar għawwiema li nkisbu fit-time trials tal-gruppi rispettivi bejn Ottubru u Ġunju kif ukoll il-Laqgħa tal-Għid.

Sasha Gatt (Marsaxlokk ASC), Leah Tanti (Sirens ASC), Michee van Rooyen (Sirens ASC), Luke Sullivan (Sliema ASC), Dylan Cachia (Neptunes WPSC) u Harry Stacey (San Ġiljan SW Elite) kisbu l-unuri fil-klassijiet rispettivi.

Tags