Wara l-aħbar żvelata li Ronaldinho possibbilment jingħaqad ma’ Birkirkara, splodiet l-ewforija fuq il-midja soċjali dwar din il-possibbilta’.
Ritratt partikolari li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali huwa ta’ flokk ta’ Birkirkara li għadu kif ġie stampat b’isem Ronaldinho u n-numru 10.
Intant, f’kummenti lill-midja, id-Direttur Tekniku ta’ Birkirkara, Michael Valenzia, ikkonferma li teżisti l-possibbiltà li Birkirkara jiffirmaw lill-eks attakkant ta’ Barcelona, Milan u PSG wara taħdidiet li kellu l-klabb ma’ investitur barrani.
It-taħdidiet huma b’xi mod dettaljati għaliex qegħdin jiġu ttrattati aspetti diversi bħad-drittijiet kummerċjali tal-plejer.
//= $special ?>