Numru ta’ passiġġieri spiċċaw baqgħu Munich il-Ġermanja wara li l-ajruplan ma tħalliex itir minħabba raġunjiet tekniċi. Huma kienu mġiegħla jinżlu mill-ajruplan ftit minuti qabel kien se jibda bit-titjira tiegħu.
Jidher li minħabba li l-Airbus l-ġdid għadu ma wasalx, l-Air Malta kellha tikri ajruplan ieħor, ajruplan tal-kumpanija getjet airlines.
L-inġiniera flimkien mal-operatur qed jagħmlu dak kollu possibbli biex it-tirjira tkun tista’ ssir mill-iktar fis possibbli.
Kelliema għall-Air Malta qalu li s-sigurtà tal-passiġġieri tibqa’ prijorità filwaqt li skuża ruħu għal kull inkonvenjent li seta’ nqala’.
//= $special ?>

