Futbol Lokali

AĠĠORNATA: Grupp ieħor ta’ Maltin jibqa’ l-art

Wara l-każ li seħħ fil-bidu tal-ġimgħa, grupp ieħor ta’ madwar 280 Malti, fosthom tfal li huma players tal-football, għal darb’oħra tħallew l-art.

Dan hekk kif titjira privata li kellha twassalhom id-Danimark ġiet ikkanċellata. It-tijira kellha titlaq fil-10 am iżda s’issa għadhom mingħajr risposta dwar meta se jitilqu. Jidher li huma ġew infurmati dalgħodu stess għall-ħabta tal-5.30am li t-titjira mhux se ssir.

Dan il-grupp jikkonsisti fi players ta’ 11-il tim minn tliet klabbs differenti fosthom Pietà, Ħamrun u B’Kara.

Wara dak li ġara aktar kmieni din il-ġimgħa, l-organizzaturi baqgħu f’kuntatt mal-persuna li kienet qed tieħu ħsieb din it-titjira biex ikunu assigurati li t-tijira se sseħħ. Il-persuna konċernata, sal-Ħamis stess baqgħet tassigurahom li kollox se jimxi kif pjanat.

Iżda dalgħodu ngħataw l-aħbar li t-tijira se tiġi kkanċellata minħabba li seħħew xi intoppi – dan b’detriment fuq it-tfal u l-ġenituri tagħhom, kif ukoll in-nurseries li ma kellhom x’jaqsmu xejn ma dan it-taħwid kollu.

Ikkummenta