Lokali

Issofri ġrieħi ħfief f’ħabta bejn karozza tal-linja u vettura

Inċident tat-traffiku ħalla persuna ssofri minn ġrieħi ħfief wara ħabta bejn karozza tal-linja u karozza għat-tgħalim tas-sewqan fi Blata l-Bajda għall-ħabta tas-1pm.

L-inċident seħħ f’karreġjata direzzjoni lejn il-Belt meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn iż-żewġ vetturi. Fil-karozza kien hemm struttur tas-sewqan. Is-sewwieqa tal-karozza, mara ta’ 21 sena minn Ħal Tarxien sofriet ġrieħi ħfief.

Il-karozza tal-linja kienet qed tinstaq minn Eġizzjan ta’ 43 sena residenti Birżebbuġa. Jidher li dan tal-aħħar u lanqas il-passiġġiera ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Karreġġjata minn tlieta kellha tingħalaq għat-traffiku, bis-sewwieqa ġew imħeġġa jgħaddu minn toroq oħra minħabba it-traffiku li nġema.