Wara ultimatum u dikjarazzjoni ta’ tilwima mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, il-Union tal-Għalliema, l-MUT, ħabret permezz ta’ stqarrija li qed toħroġ sett ta’ disa’ direttivi lill-gradi tas-Servizzi tal-Istudenti li jaħdmu mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u s-Segretarjat tal-Edukazzjoni Kattolika.
Dawn id-direttivi qed jinħarġu wara aktar minn 12-il xahar ta’ negozjati dwar ftehim ġdid għal dawn il-gradi li jinkludu Counsellors, Konsulenti, Youth Workers, Ħaddiema tar-Riżorsi eċċ.
L-MUT kompliet li hemm nuqqas serju f’dawn l-oqsma li qed jaffettwa s-servizz lejn l-istudenti fejn l-iskejjel għandhom l-ammont minimu ta’ ħaddiema biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ dawn is-servizzi tant kruċjali lill-istudenti.
Id-direttivi jinkludu fost l-oħrajn; l-ebda xogħol fuq il-My Journey, l-ebda sottomissjoni ta’ rapporti annwali u rapporti oħra, l-ebda tweġiba ta’ emails u telefonati li għandhom x’jaqsmu max-xogħol, u li ma jattendux għal-laqgħat organizzati lilhom mill-amministrazzjoni tal-iskejjel.
Din hija oħra mis-sensiela ta’ direttivi li kienet kostretta toħroġ l-MUT wara li l-Gvern, b’mod konsistenti, qed jibqa’ jirrombla minn fuq l-għalliema.
//= $special ?>