Lokali

Jirriżenjaw tliet membri tal-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar

L-Awtorita' tal-Ippjanar

Tliet uffiċjali tal-Awtorità tal-Ippjanar li huma Matthew Pace, Ivan Tabone u Mariello Spiteri rriżenjaw mill-karigi tagħhom fi ħdan l-istess awtorità.

Fl-aħħar jiem il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg irċieva l-ittri tar-riżenja tagħhom. Skont l-ittra tar-riżenja, jidher li dawn l-uffiċjali rriżenjaw fuq raġunijiet personali.

Matthew Pace huwa l-istess persuna li kien instab ħati mill-Qorti fil-każ tad-DB. Filatt dan il-proġett li jinkludi lukanda ġdida u torri ta’ 37 sular kellu jitwaqqaf ħesrem wara li l-Qorti kkonkludiet li kien hemm kunflitt ta’ interess minn wieħed mill-membri tal-Bord tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Dan ghaliex Matthew Pace, li kien fil-Bord dakinhar tad-deċiżjoni, jaħdem ma’ kumpanija fis-settur tal-bejgħ tal-proprjetà. Il-Qorti qalet li Pace kellu jirrikuża ruħu milli jipparteċipa fil-Bord fir-rigward ta’ dan l-iżvilupp – xi ħaġa li m’għamilx.