Julian Alaphilippe kabbar il-vantaġġ fil-Klassifika Ġenerali wara li rebaħ it-13-il stadju b’time trial mill-aqwa biex għeleb l-isfida parzjali tar-rebbieħ tas-sena l-oħra Geraint Thomas Dan l-istadju kien twil 27.2km u sar f’Pau.
Alaphilippe kien mistenni li jitlef il-ħin fil-konfront ta’ Thomas, iżda rnexxielu jkabbar id-distakk. Iċ-ċiklist ta’ 27 sena xorta jista’ jsibha diffiċli fit-tlajja tal-muntanji Pirinej u l-istadju tal-lum f’Tourmalet se jkun eżami diffiċli għal kulħadd. Iżda din ir-rebħa hi dikjarazzjoni ċara ta’ Alaphilippe li se jipprova jibqa’ bil-flokk l-isfar sal-aħħar.
Ir-rebbieħ Belġjan tat-time trial Wout van Aert li rebaħ l-10 stadju, kien sfurzat jabbanduna t-tellieqa wara ħabta kbira fl-aħħar żewġ kilometri. Iċ-ċiklist ta’ 24 sena ħabat ma’ barriera u kellu jittieħed l-isptar minħabba qata’ f’siequ.
Kif spiċċaw it-13-il stadju:1. Julian Alaphilippe 35:00, 2. Geraint Thomas +0.14, 3. Thomas de Gendt +0.36, 4. Rigoberto Uran +0.36, 5. Richie Porte +0.45, 6. Steve Kruijswijk +0.45, 7. Thibaut Pinot +0.49, 8. Kasper Asgreen +0.52, 9. Enric Mas +0.58, 10. Joey Rosskopf +1.01
Klassifika Ġenerali:1. Julian Alaphilippe 53:01.09, 2. Geraint Thomas +1.26, 3. Steven Kruijswijk +2.12, 4. Enric Mas +2.44, 5. Egan Bernal +2.52, 6. Emanuel Buchmann +3.04, 7. Thibaut Pinot +3.22, 8. Rigoberto Uran +3.54, 9. Nairo Quintana +3.55, 10. Adam Yates +3.55
//= $special ?>