Lokali

Kumpanija tal-ikel taħdem biex jonqos il-plastik

'3 Leaves' tissagrifika r-reklamar tal-kumpanija tagħha stess biex tnaqqas l-użu tal-kartun u l-plastik

‘3 Leaves’, kumpanija magħrufa f’pajjiżna għal diversi prodotti tal-ikel se tkun qed tieħu sehem fil-kampanja ta’ Lulju bla plastik.

Dan qed isir biex flimkien ma’ diversi kumpaniji oħra tnaqqas l-użu tal-plastik li jintuża darba biss u jintrema. B’hekk, huma bdew iqassmu eluf ta’ boroż u basktijiet magħmula mill-qoton li jkunu jistaw jintużaw għal diversi drabi.

Id-Direttur Maniġerjali ta’ J. Calleja Import & Export, Brian Calleja qal li hi diffiċli li jelimina l-użu tal-plastik mill-istess kumpanija. Dan minħabba l-fatt li jimportaw prodotti minn barra, bil-kumpanija Maltija diffiċli twaqqaf jew tbiddel is-sistemà ta’ kumpaniji barranin.

Madanakollu, hu se jkun qed jagħmel minn kollox biex fejn jista’ jelimina l-plastik u kaxex tal-kartun. Din l-istess kumpanija, saħansitra tuża kaxex b’logos ta’ kumpaniji oħra, anke dawk kompetituri tagħhom, bl-iskop li jkun hemm inqas użu ta’ kartun.