Jiem biss wara li nġieb f’Malta minn Gżira United F.C., l-attakkant mill-Kosta tal-Avorju Hamed Kone diġà sar l-eroj tal-Gżirjani.
Żewġ gowls minn tiegħu, wieħed minnhom bi klassi impressjonanti, kif ukoll gowl tal-plejer ieħor tal-Maroons Jefferson, fisser kwalifikazzjoni għar-rawnd li jmiss tal-Europa League.
Dan minkejja li Gżira United kienu qed jikkompetu mal-ġganti tal-futbol fil-Kroazja, NK Hajduk Split u minkejja li marru barra minn darna bi żvantaġġ ta’ 2-0.
Iżda onorat li hu deskritt bħala eroj, Hamed Kone fuq kollox jiddikjara li hu onorat li b’dak li għamel ġab isem tajjeb lil pajjiżna u lill-Gżira.
Gżira issa jmisshom jiltaqgħu kontra Ventspils ta’ Latvija, klabb inqas kwotat minn Hajduk Split imma xorta waħda joffri sfida ferm diffiċli.
//= $special ?>